Internazzjonali

Ir-Renju Unit: Joħorġu r-ritratti uffiċjali taż-żwieġ tal-Prinċipessa Eugenie

Il-Prinċipessa Eugenie u Jack Brooksbank ħarġu erba’ ritratti uffiċjali mill-jum taż-żwieġ tagħhom li sar nhar il-Ġimgħa, fil-Kastell ta’ Windsor, fil-preżenza tar-Reġina Eliżabetta, id-Duka ta’ Edinburgh u membri oħra tal-Familja Rjali.

Dan iż-żwieġ kien segwit minn madwar tliet miljun telespettatur u r-rapporti qalu li l-koppja huma ‘ferħanin ħafna’ bir-ritratti li ttieħdu mill-fotografu, Alex Bramall.

Ir-ritratt ta’ fuq (wieħed mill-erba’) juri lill-Prinċipessa u żewġha akkumpanjati minn diversi tfal żgħar (fosthom il-Prinċep George u l-Prinċipessa Charlotte ta’ Cambridge) li kellhom rwol importanti fiċ-ċerimonja tal-Ġimgħa.