Futbol Sport

It-tieni punt għal Malta fi Grupp D3 tal-UEFA Nations League

It-tim nazzjonali Malti kiseb it-tieni punt tiegħu fi Grupp D3 tal-UEFA Nations League wara li spiċċa fi draw ta’ 1-1 kontra l-Ażerbajġan f’logħba li ntlagħbet fl-Istadium Olimpiku ta’ Baku.

B’dan id-draw, l-Ażerbajġan naqset li tilħaq lil Kosovo fil-quċċata tal-grupp u baqgħet żewġ punti taħt il-Kosovo li spiċċat 1-1 kontra l-Gżejjer Faroe.

It-tim ta’ Ray Farrugia fetaħ l-iskor fis-37 minuta bi kross ta’ Juan Carlos Corbolan mil-lemin lejn ROWEN MUSCAT li mattar saqajh biex għeleb lil Kamran Agayev.

L-Ażerbajġan ġabet id-draw fit-53 minuta b’xutt b’saħħtu fil-baxx ta’ ARAZ ABDULLAYEV li għeleb lil Andrew Hogg. Wara dan il-gowl l-Ażeri għafsu biex jiskorjaw il-gowl tar-rebħa u kellhom diversi okkażjonijiet ta’ skor fejn saħansitra laqtu l-wieqfa, iżda naqsu li jsibu l-gowl li jagħti t-tliet punti. Malta laqtet ukoll id-draw permezz ta’ Juan Corbolan.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.