Raġel miż-Żejtun nżamm taħt arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li seraq ġojjellerija minn fuq 8 nisa anżjani li l-età tagħhom tvarja bejn it-62 u l-84 sena.
Tony Zammit ta’ 40 sena u mwieled l-Awstralja ġie mixli li allegatament bejn l-4 u t-12 ta’ Ottubru wettaq diversi serqiet minn Birkirkara, Ħamrun, Ħal Qormi, Ħal Għaxaq, Ħal Tarxien, Ħal Luqa, Raħal Ġdid u Tal-Pietà.
Filwaqt li quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ir-raġel ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, fosthom ukoll li sar riċediv, l-avukat difensur tiegħu, Martha Mifsud, ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Fabian Fleri, Lydon Zammit u Sarah Zerafa.
//= $special ?>

