Aħbar mhux tas-soltu mill-basketball lokali hekk kif żewġ plejers ta’ Depiro Basketball Club Malcolm Mallia ta’ 33 sena u Svetlana Micallef ta’ 32 sena ingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ. Kien proprju l-basketball li laqqa’ lil dawn it-tnejn flimkien hekk kif ilhom jilagħbu dan l-isport minn meta kienu żgħar.
L-istorja tagħhom hi isbaħ għaliex din il-koppja għaddiet minn mument diffiċli wara li Svetlana Micallef kellha tiġġieled kontra kanċer fl-għadam ta’ saqajha. Hi saħansitra kellha tmur għat-trattament fl-Ingilterra iżda bid-determinazzjoni tagħha għelbet din l-isfida biex illum iċċelebraw ġurnata importanti fil-ħajja tagħhom. www.netnews.com.mt jawgura lil din il-koppja fil-ħajja tagħhom.
//= $special ?>