Virgil van Dijk se jkun qed jitlef il-partita ta’ ħbiberija tal-Olanda kontra l-Belġju biex jirkupra kompletament wara li weġġa’ l-kustilji. Il-captain tat-tim nazzjonali Olandiż lagħab u skorja fir-rebħa ta’ 3-0 li l-Olanda kellha fuq il-Ġermanja s-Sibt.
Van Dijk skorja l-ewwel gowl tal-logħba, qabel gowls lejn it-tmiem ta’ Memphis Depay u Georginio Wijnaldum għalqu l-logħba f’rebħa impressjonanti f’Amsterdam. Id-difensur weġġa’ l-kustilji waqt logħba ta’ Liverpool kontra Southampton ix-xahar l-ieħor.
Stqarrija tat-tim Olandiż qalet li wara konsultazzjoni mal-istaff mediku, ġie deċiż li Van Dijk ma jkunx inkluż għall-partita ta’ ħbiberija kontra l-Belġju. Il-plejer ta’ 27 sena b’hekk se jkollu aktar ħin biex jirkupra l-kundizzjoni tiegħu qabel jirritorna fl-azzjoni ma’ Liverpool. Ir-Reds ikomplu l-impenji fil-Premier League s-Sibt li ġej kontra Huddersfield.
//= $special ?>