Lokali

Appell ieħor biex issir investigazzjoni indipendenti

Adrian Delia ilu żmien twil jagħmel dan l-appell

Grupp ta’ ġurnalisti internazzjonali u attivisti qed jingħaqdu mal-appell li għamel il-Kap tal-PN Adrian Delia sabiex il-Gvern iwaqqaf investigazzjoni indipendenti ħalli jiġu mistħarġa l-fatti vera kif seħħew fil-każ tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia – qtil li seħħ sena ilu.

Dan l-appell sar lil Joseph Muscat innifsu fil-bini ta’ Kastilja – mossa li ġibdet ukoll interess anke mill-media internazzjonali.

Il-ġimgħa li għaddiet l-Oppożizzjoni kienet għamlet sejħa sabiex il-Gvern iwaqqaf kummissjoni speċjali, awtonoma u independenti dwar dan il-qtil. Liema kummissjoni tkun tgawdi fiduċja wiesgħa fil-pajjiż.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien qal li din il-kummissjoni speċjali għandha tidentifika n-nuqqasijiet li seħħew fil-protezzjoni li l-Gvern kellu jagħti lill-ġurnalista maqtula u baqa’ ma tahiex