Lokali Parlament

Il-burokrazija u l-ispejjeż ma naqsux; in-negozji f’diffikultajiet

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal fil-parlament li l-ispejjeż u l-burokraziaj għan-negozji tal-familja ma naqsux bil-konsegwenza li dawn għandhom problemi u diffikultajiet.

HFil-parlament Edwin Vassallo staqsa jekk wasalx iż-żmien li jkun hemm tibdil dwar id-deċiżjonijiet fil-kundizzjonijiet tal-investiment barrani dirett biex titnaqqas l-inugwaljanza u l-inekwità fil-kuntest tat-taxxa. Dan iwassal biex ikunu mgħejjuna iktar negozji f’Malta. Hu tkellem dwar l-importanza li titnaqqas il-burokrazija.

Id-deputat Nazzjonalista qal li jeħtieġ li jsiru strutturi u għodod ġodda u jekk il-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parkas jistgħux jaħdmu aħjar fl-isofond tat-tkabbir ekonomiku pożittiv. Hu semma’ l-effetti li jista’ jkollha Malta b’dak li jseħħ f’pajjiżi barranin u għalhekk Malta ma tistax tibqa’ ma tagħmel xejn.

Il-gvern qed ikun assenti għax jinsab komdu u mhux qed jiġi b’innovazzjonijiet. Għadu ma sar xejn f’sitt snin fosthom dwar il-kooperattivi, il-pitkalija u t-traffiku li sar burokazija u spejjeż fuq in negozji.

L-ekonomija mhux tikber minħabba l-produzzjoni iżda minħabba l-popolazzjoni. Bir-rapport tal-Bank Ċentrali ntqal li d-dħul b’saħħtu ta’ barranin li jiġu jaħdmu f’Malta minn kullimkien li qed isaħħu l-industrija tal-kirjiet bil-barranin u bil-Maltin. Il-Bank Ċentrali tkellem ukoll dwar il-kostruzzjoni fejn jirriżulta li l-fiduċja fil-kostruzzjoni nieżla ‘l isfel.

Il-bozza l-ħamra qed jixgħela l-Bank Ċentrali għaliex mhux kollox sejjer tajjeb fen l-industrija, il-bejgħ u l-kostruzzzjoni m’għandhomx serħan il-moħħ.Il-gvern ma jistax jibqa’ indifferenti lejn ir-realtà. Jirriżulta li s-sentiment fost il-konsumaturi baqa’ l-istess iżda qed jixtri inqas u jonfoq inqas. Dan għaliex qed jieħu inqas valur ta’ flusu fejn il-paga mhix tlaħħaq mal-ħajja li qed tiżdied minħabba l-prezzijiet tal-prodotti tal-ikel.

Edwin Vassallo al li fl-2017 l-banek irreġistraw qligħ inqas u għlehkk dawn għandhom diffikultà li jirreġistraw l-istess qligħ. Hu qal li jekk il-abnek għandhom diffikultà allura anki n-negozji ż-żgħar għandhom problemi. 31% ta-Maltin qed jgħidu li m’humiex aħjar min-nanniet atgħhom. Il-burokrazija u l-ispejjeż żejda ma naqsux.