Futbol Sport

Il-pizza li qajmet kjass sħiħ!

Minkejja l-prestazzjoni pożittiva tat-tim nazzjonali Malti li kiseb draw ta’ 1-1 kontra l-Ażerbajġan f’Baku, fuq il-media soċjali spikkat kontroversja li tqajmet wara li fuq il-paġna tal-facebook tal-Malta Football Association deher ritratt tal-plejers Maltin jifirħu wara l-partita fid-dressing room bil-kaxex tal-pizza quddiemhom.

Dawk attivi fuq il-media soċjali esprimew l-opinjoni tagħhom. Min ma jara xejn ħażin li l-plejers Maltin kielu pizza wara logħba u min qal li hu nuqqas ta’ professjonaliżmu li wara logħba tittiekel dak it-tip ta’ ikel minflok eżempju frott.

Xi persuni li jifhmu fin-nutrizzjoni tal-ikel qalu li hu bżonnjuż li jittiekel ikel bħal dak wara logħba. Oħrajn qalu li anki timijiet barranin professjonali ġieli kielu l-pizza. Li hu żgur li l-kontinġent Malti ftit sigħat wara ħalla pajjiżna biex f’nofs ta’ lejl kienu lura Malta.