Raġel mill-Ħamrun spiċċa ferut l-Isptar Mater Dei wara li qala’ daqqa ta’ skalpell f’argument jaħraq li faqqa’ l-Ħadd filgħaxija f’The Strand, Tas-Sliema.
Il-każ seħħ ftit wara t-8:30pm meta il-Pulizija daħlilhom rapport li kien hemm ġlieda qrib numru ta’ stabbilimenti.
Fil-ġlieda kienu nvoluti żewġt irġiel, wieħed ta’ 43 sena u l-ieħor ta’ 41 sena, it-tnejn mill-Ħamrun. Kien ir-raġel ta’ 43 sena li sofra feriti gravi.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>