White Paper li ġiet ippreżentata waqt konferenza tal-aħbarijiet reġgħet naqset milli tindirrizza l-ikbar problema fil-qasam tal-kirjiet. Fil-fatt huwa biss fl-aħħar paragrafu ta’ din il-White Paper li tissemma l-problema reali ta’ nuqqas ta’ propjeta’ disponibbli għall-kiri bi prezzijiet li huma aċċessibbli għal dawk bi dħul baxx.
Waqt il-konferenza intqal li huwa mportanti li ssir distinzjoni bejn is-suq tal-kiri u dak tal-housing soċjali. Iżda filwaqt li l-White Paper qed tipprova tirregolamenta l-kirjiet eżistenti, qed tonqos milli toffri proposti konkreti dwar kif se tiżdied l-aċċessibilita’ għal propjeta residenzjali għall-kiri.
Fil-konlużjoni tagħha l-White Paper tgħid biss li “qed tagħmel ċara l-viżjoni tal-Gvern dwar kif jeħtieġ li tassaħħaħ il-provvista ta’ propjeta’, b’mod speċjali li tinkera b’rati aktar affordabbli” iżda mbagħad tonqos milli tagħmel imqar proposta waħda konkreta dwar kif jista jsir dan.
Is-Segretaruju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes semma kif hemm nuqqas kbir ta’ akkomodazzjoni fis-suq tal-kiri li tinkera bejn l-€400 u s-€700 fix-xahar. Iżda minkejja x-xogħol li sar fuq din il-White Paper, dan il -bżonn baqa’ ma ġiex indirizzat.
//= $special ?>