Ħidma mill-Malta Police Association u l-Police Officers Union wasslet għall-ewwel Ftehim Settorali li qatt sar b’risq il-membri tal-Korp tal-Pulizija.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru tal-Intern Michael Farrugia u l-Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar ħabbru d-dettalji ta’ dan il-Ftehim Settorali, fil-preżenza tal-Uffiċjali tal-Korp u r-rappreżentanti tagħhom.
Huma faħħru lill-Pulizija għall-ħidma tagħhom, li qalu li ssibuhom fejn ikun hemm bżonnhom. Il-ħidma siewja tal-membri tal-Korp dejjem ingħatat rikonoxximent ukoll mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista, hekk kif minkejja n-nuqqas ta’ riżorsi u n-nuqqas ta’ serjetà fit-tmexxija, il-Pulizija xorta jagħmlu l-almu tagħhom b’risq dawk fil-bżonn.
Issa kien imiss sehem iż-żewġ unions li jirrappreżentaw lill-membri tal-Korp, li bis-saħħa tagħhom kull Uffiċjal minn Kuntistabbli sa Supretendent se jkun jista’ jgawdi minn għadd ta’ benefiċċji fis-snin li ġejjin.
//= $special ?>


