It-Tnejn diversi ħaddiema u studenti Għawdxin spiċċaw baqgħu Għawdex minħabba strajk li impjegati li jaħdmu fuq il-vapuri tal-Gozo Channel wettqu, fl-agħar ħin tat-traffiku sinonimu mat-Tnejn filgħodu.
Dan saħquħ il-GUG, l-Għaqda Universitarja ta’ Studenti Għawdxin, hekk kif fi stqarrija spjegaw li filwaqt li jissimpatizzaw mal-ħaddiema tal-Gozo Channel – bħala għaqda jemmnu li sitwazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu solvuti b’mod aktar responsabbli. Huma saħqu li azzjoni industrijali bħal din hija ta’ dannu kbir għal diversi persuni li jkunu sejrin għax-xogħol jew għall-iskola li kellhom imexxu l-pjanijiet kollha li kellhom.
Il-GUG sostnew li f’sitwazzjonijiet simili – tal-inqas il-persuni jkunu preparati għal li jkun ser jiġri. Dan hekk kif il-Gozo Channel huwa l-unika mod għall-Għawdxin sabiex jivvjaġġaw lejn Malta. Għaldaqstant huma talbu sabiex il-pubbliku ġenerali jkun avżat b’dak li ser ikun ser jiġri sabiex ma jkollhomx sorpriza morra bħal dalghodu.
Intant fi stqarrija l-Gozo Channel saħqu li preżentament għaddejjin it-taħdidiet bejn il-kumpanija u l-Union Ħaddiema Magħqudin sabiex is-sitwazzjoni tiġi solvuta malajr kemm jista’ jkun.
//= $special ?>