Kien hemm mumenti ta’ paniku u tensjoni fl-istazzjon tal-ferrovija ta’ Kologne hekk kif mara nħatfet ostaġġ minn raġel armat.
Wara sigħat ta’ tensjoni, il-Pulizija irnexxielhom isalvaw lill-mara li kellha xi feriti ħfief. Ir-raġel inżamm mill-Pulizija; huwa kellu xi feriti gravi. Fil-frattemp iżda, l-istazzjoni kien evakwat u wara rriżulta li dan il-każ ma kellux x’jaqsam mat-terroriżmu.
Jidher li kollox nibet minn argument bejn koppja fejn ir-rapporti qalu li kienu sparati wkoll xi tiri.
Paniku fl-istazzjon ta’ Kologne fil-Ġermanja


