Iċ-champions Valletta bdew il-kampjonat tagħhom meta kisbu rebħa faċli ta’ 9-1 fuq it-tim ta’ taħt id-19-il sena ta’ Luxol. Il-Beltin lagħbu l-ewwel logħba minħabba li kienu impenjati fir-Rawnd Prinċipali tal-UEFA Futsal Champions League.
Swieqi United kisbu t-tieni rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Birkirkara 5-3 f’logħba missielta, b’dawn tal-aħħar isofru t-tieni telfa. Tarxien Rainbows ukoll rebħu t-tieni logħba wara li għelbu lil Pietà Hotspurs Futsal 3-2.
L-istess għamlu Luxol li wara li għelbu lil Birkirkara 7-1 fl-ewwel logħba, din id-darba għelbu lit-tim tal-Università ta’ Malta 8-1. It-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi United kiseb l-ewwel punti fil-kampjonat b’rebħa ta’ 5-1 kontra l-Akkademja tal-Futsal tal-Università ta’ Malta. Dan wara li l-ewwel konfront kontra Valletta kien pospost.
Logħob li jmiss
Illum – Padiljun Sportiv ta’ Kordin
Birkirkara v Università 8.15pm
It-Tlieta 16 ta’ Ottubru – Padiljun Sportiv ta’ Kordin
Swieqi U. v Tarxien R. 8.15pm
Il-Ħamis 18 ta’ Ottubru – Padiljun Sportiv ta’ Kordin
Luxol v Swieqi U21 8.15pm
Il-Ġimgħa 19 ta’ Ottubru – Padiljun Sportiv ta’ Kordin
Valletta v Pietà H. 8.15pm
Il-Ġimgħa 19 ta’ Ottubru – Skola Nazzjonali tal-Isport
UM Futsal v Luxol U19 8.45pm
//= $special ?>