Lokali

Adrian Delia jpoġġi kuruna tal-fjuri mal-mafkar ta’ Caruana Galizia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jpoġġi kuruna tal-fjuri mal-mafkar ta’ Caruana Galizia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia illum poġġa kuruna tal-fjuri quddiem il-monument spontanju ta’ Daphne Caruana Galizia quddiem il-bini tal-Qorti. Dan f’għeluq is-sena mill-qtil tal-ġurnalista.

Sena wara dan l-assassinju, l-poplu għadu qed jistenna li ssir ġustizzja. Dan il-qtil huwa theddida mill-aktar gravi għal-libertà tal-espressjoni, l-protezzjoni tal-ġurnalisti u t-tħaddim tar-rule of law f’pajjiżna. Il-ġustizzja mhux biss trid issir iżda trid tidher li qed issir.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kien akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli.