Lokali Qorti

Claudio Grech jirbaħ kawża ta’ libell kontra Miriam Dalli

Miriam Dalli ġiet ikkundannata li tħallas somma ta' €2,000

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech rebaħ kawża ta’ libell kontra l-MEP Laburista Miriam Dalli, meta fl-2007 kienet Editur tal-kamra tal-aħbarjiet tas-Super One.

Miriam Dalli ikkundannata tħallas €2000 minħabba malafama li kkawżat il-kamra tal-aħbarjiet tas-Super One.

Il-Qorti sabet li Grech sofra insinsinwazzjonjiet foloz u malafamanti fil-konfront tiegħu bil-għan li jtellfu jew inaqqsu r-reputazzjonijiet tiegħu “b’qerq u ingann”. Dan waqt xandira tal-aħbrjiet il-Ħadd 21 ta’Jannar 2007.

Ir-rapurtaġġ kien dwar tender ta’ kompjuters lill-isptar Mater Dei bil-midja Laburista tallega li kien hemm nuqqasijiet fil-mod kif saru l-affarijiet.

Miriam Dalli bħala Editur tas-Super One, ġiet ikkundannata li tħallas somma likwida ta’ €2,000 minħabba l-malafama li ġiet ikkawżata fil-konfront ta’ Claudio Grech