Il-Gvern Malti spiċċa poġġa’ lil pajjiżna fil-Blacklist tal-OECD minħabba l-mod illi bih qed iħaddem l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti. Net News jinsab f’pożizzjoni li jiżvela esklussivament li l-mossa tal-OECD waslet wara li Kastilja injorat għal kollox it-twissija formali li kienet ingħatat aktar kmieni din is-sena.
Malta fl-istess lista ma’ Antigua u Barbuda, il-Bahamas, Dominica, Grenada, St Lucia, u St Kitts and Nevis
L-OECD, li hi organizzazjoni internazzjonali rispettata ibbażata f’Pariġi, ħejjiet rapport fejn qalet li hemm riskji serji fil-bejgħ taċ-ċittadinanza kif qed isir mill-Gvern Malti. L-istess dubji serji tpoġġew kemm fuq Monaco u anke fuq Ċipru; pajjiż li l-Gvern ta’ Muscat iħobb iġibu bħala eżempju.
Ir-rapport tal-OECD jgħid illi dawn l-iskemi qed jiġbdu lejhom attivita’ kriminali.
Fil-blacklist hemm 21 pajjiż biss minn madwar id-dinja kollha. U fosthom hemm Malta, propju minħabba din l-iskema li ħoloq il-Gvern ta’ Muscat.
Fil-blacklist hemm ukoll Antigua u Barbuda, il-Bahamas, Dominica, Grenada, St Lucia, u St Kitts and Nevis fil-Karibew.
Il-ġurnal In-Nazzjon kien ilu xhur isegwi dawn l-iżviluppi, u aktar kmieni din is-sena kien irrapporta kif il-Gvern irċieva ittra uffiċjali mill-OECD minħabba l-possibilta’ kbira li Malta kienet qed taffaċja dan ir-riskju tal-blacklist. Issa, hu evidenti li l-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi injoraw għal kollox din it-twissija.
Il-lista tista’ tiġi aċċessata f’dan il-link.
//= $special ?>