Sport Sport Ieħor

Gianluca Dingli fost l-aqwa għaxar sewwieqa fid-dinja tal-karting

Il-sewwieq Malti tal-Go Karts Gianluca Dingli kiseb suċċess fix-xena internazzjonali hekk kif jinsab fost l-aqwa għaxar sewwieqa tal-karting fid-dinja. Dan wara li kien impenjat fil-finali internazzjonali tar-Rok Cup li għal darba oħra saret fiċ-ċirkwit Taljan ta’ South Garda Karting.

Dingli li hu membru tal-Karting Club Malta, saq b’kart tal-marka Tony Kart mat-tim Taljan Zanchi Motorsport, b’magna Vortex u tyres Bridgestone skont ir-regolamenti tal-kompetizzjoni.

Dingli beda jtejjeb il-pożizzjoni tiegħu l-Ġimgħa, tant li kiseb is-seba’ post fil-kwalifiki. Fit-tiġrija s-Sibt, Dingli avvanza pożizzjoni u spiċċa fis-sitt post fost 31 kompetitur ta’ livell internazzjonali. Fosthom, kien hemm sewwieqa mill-Andorra, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, l-Iżrael, Monaco, l-Istati Uniti, id-Danimarka, l-Awstralja u l-Messiku.

Tags