Il-Budget tat-Tnejn irid ifassal pjan ċar mifrux fuq numru ta’ snin, sabiex f’pajjiżna niggarantixxu kontinwita’ u proġettazjoni fit-tul. Hekk intqal fi stqarrija maħruġa mill-Kamra tal-Kummerċ, ftit tal-jiem biss qabel ma jiġi preżentat il-Budget mill-Gvern ta’ Muscat.
Il-Kamra tal-Kummerċ ma toqgħodx lura milli titkellem ukoll dwar il-bżonn li jsir studju serju dwar kemm pajjiżna jiflaħ nies, u x’pressjoni qed issir mill-aspett soċjali u ambjentali.
Temi oħra li jitqajjmu fil-proposti taċ-Chamber huma t-traffiku, it-tisħiħ tal-edukazzjoni u l-bżonn li bħala pajjiż inżidu l-kompetittivita’ tagħna.
Il-Budget 2019 se jinqara mill-Ministru Edward Scicluna nhar it-Tnejn li ġej.
//= $special ?>