Paul Allen, ko-fondatur ta’ Microsoft instab miet fl-età ta’ 65 sena wara kumplikazzjonijiet tal-marda lukimja. Dan qalitu l-familja tiegħu permezz ta’ stqarrija, it-Tnejn filgħaxija.
Flimkien ma’ Bill Gates, Allen waqqaf il-Microsoft fl-1975, fejn hemm ma waqfux iħarsu lura, u saru biljunarji.
Minbarra x-xogħol tiegħu fit-teknoloġija u l-filantropija, Allen kien iħobb ħafna l-isports. Huwa kien minn ‘Seattle, u kien il-president tal-Seattle Seahawks sal-mewt tiegħu. Huwa xtara t-tim tal-NFL fl-1996. Allen ukoll kien sid ukoll tat-tim tal-NBA Portland Trail Blazers.
Deskritt minn dawk li jafuh bħala persuna li jħobb il-familja, mużiċista u kif ukoll persuna li jħobb jagħti s-sapport tiegħu għall-arti.
//= $special ?>