Mietu talanqas seba’ persuni, b’għexieren oħra jindarbu, waqt inċident b’ferrovija li qabżet il-linji fil-Marokk.
L-inċident seħħ fl-inħawi ta’ Bouknadel, mal-kosta tal-Atlantiku u qrib il-belt kapitali ta’ Rabat, bl-uffiċjali qed jistennew li ċ-ċifra tal-vittmi tiżdied fis-sigħat li ġejjin.
Ingħad li l-ferrovija kienet qabżet mil-linji, b’rapporti aktar qabel (mhumiex ikkonfermati) jissuġġerixxu li l-inċident kien dovut għal ‘ħabta bejn din il-ferrovija u ferrovija oħra’.
L-aħħar rapporti, fl-istess ħin, ikkonfermaw li nfetħet investigazzjoni biex tiddetermina l-kaġun tat-traġedja.
//= $special ?>

