Sport

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tiltaqa’ ma’ aktar assoċjazzjonijiet sportivi

Uħud mill-Kumitat Eżekuttiv tal-GħĠS flimkien mat-tmexxija tal-Malta Ten Pin Bowling Association

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sport kompla bis-sensiela ta’ laqgħa ma’ Assoċjazzjonijiet Sportivi hekk kif matul ix-xhur ta’ Settembru u dan ix-xahar iltaqa’ mal-Malta Baseball and Softball Association, l-Archery Association of Malta u l-Malta Ten Pin Bowling Association.

F’laqgħat separati, ġie diskuss kif dawn l-Assoċjazzjonijiet setgħu jitrasmettu aħjar dawk l-avvenimenti sportivi li jkunu qed jorganizzaw jew li fihom ikunu qed jipparteċipaw l-atleti tagħhom kemm lokali kif ukoll internazzjonalment.

L-Għaqda Ġurnalisti Sports offriet is-sostenn tagħha lil dawn l-Assoċjazzjonijiet permezz ta’ pariri kif l-aħjar għandhom jippreparaw ir-rapporti u jibgħatuhom lill-media. L-Għaqda se tibqa’ tiltaqa’ ma’ aktar Assoċjazzjonijiet Sportivi fil-ġimgħat li ġejjin.