Illum qed jitfakkar l-ewwel anniversarju ta’ jum iswed li immarka l-istorja ta’ pajjiżna – il-ġurnata li fiha inqatlet il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
It-Tlieta wara nofsinhar, fl-istess post fejn inqatlet Caruana Galizia, saret ċerimonja simbolika li fiha ipparteċipaw numru ta’ persuni b’karti f’idejhom bin-numri 365 – kemm għaddew ġranet minn dan il-qtil, u biex ifakkru li l-mandant għadu ma nqabadx.
