Sport Sport Ieħor

Salvu Portelli mhux se jikkontesta għal President tal-Federazzjoni Maltija tal-Isparar

Salvu Portelli waqt iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tat-Tazza tad-Dinja tal-Isparar li saret f'pajjiżna

Kollox jindika li l-Federazzjoni Maltija tal-Isparar ser ikollha President ġdid. Dan jidher mill-avviz b’rabta mal-Laqgħa Ġenerali Annwali li għandha ssir is-Sibt 27 ta’ Ottubru u li matulha kif stipulat bl-istatut tal-Federazzjoni għandha ssir l-elezzjoni għal ħatra tal-uffiċjali u membri tal-Kunsill.

Wara 18-il sena fit-tmexxija, Salvu Portelli mhux ser jikkontesta l-kariga ta’ President. Portelli kien strumentali fl-iżvilupp tal-federazzjoni f’dawn l-aħħar snin bil-qofol ikun l-organizzazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Federazzjoni Internazzjonali li saret hawn Malta ftit tax-xhur ilu fis-Shooting Range Internazzjonali ġdida f’ Ta’ Kandja.

Infatti l-uniku kandidat għal Presidenza huwa Pierre Montebello. Filwaqt li Angelo Galea u Edwin Vella mhumiex kontestati għal karigi ta’ Segretarju u ufficjal għar-relazzjonijiet pubbliċi, hemm żewġ nominazzjonijiet għal Teżorier li huma ta’ Frans Pace u Warren Sammut.

Għal Membri ser jikkontestaw Grezzju Agius, Jason Agius, Stephen Aquilina, Patrick Azzopardi, John Mary Bugeja, Nicholas Carabott, George Cassar, Charlie Fenech, u Jason Sciberras. Ir-rappreżentanti ta’ klabbs tefgħu n-nomina Cacciattolo Raymond u John Galea .

Tags