Għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ wara nofsinhar, il-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Nutar Żarb Ħ’Attard.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li għal xi raġuni seħħ impatt
bejn mutur tat-tip Yamaha misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti l-Mosta, u Citroen C3 li kienet misjuqa minn mara ta’ 59 sena residenti Ħ’Attard.
Ix-xufier tal-mutur, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn iktar tard ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

