“Il-managment tal-Air Malta wettaq abbuż fuq wieħed mill-piloti tagħna. U aħna mhux se nittolleraw dan l-abbuż”. Hekk sostniet l-Assoċjazzjoni tal-Piloti, l-ALPA, fi stqarrija fejn talbet illi jitkeċċa min ħa deċiżjoni biex jissospendi pilota bla ebda raġuni – każ illi dwaru hemm ukoll kwistjoni pendenti bejn l-istess ALPA u l-Air Malta.
Din il-ġimgħa l-Qorti laqgħet mandat ta’ inibizzjoni li ressqet l-Air Malta kontra l-bdoti.
L-ALPA minn naħa tagħna qed tgħid li bħalissa hemm nuqqas ta’ bdoti, u r-rotot li ivvinta l-Ministru Konrad Mizzi ma jistgħux jiġu sostnuti. Kien għalhekk li l-ALPA ordant azzjonijiet, liema azzjonijiet għalissa ġew imwaqqfa wara l-mossa fil-Qorti mill-management tal-Air Malta.
//= $special ?>