Ewropa Lokali

Anke l-media barranija qed tagħmel sejħa għal inkjesta awtonoma

"Hemm bżonn li l-Gvern ikun miftuħ u ma joħnoqx ix-xogħol tal-ġurnalisti"

Dalgħodu fil-Belt ingħatat konferenza tal-aħbarijiet li matulha gruppi u NGOs li jirrapreżentaw il-media u l-ġurnalisti madwar id-dinja, appellaw lill-Prim Ministru Joseph Muscat sabiex ma jibqax ikaxkar saqajh u jappunta Kummissjoni awtonoma li tinvestiga bis-serjeta’ l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-Grupp tal-NGOs li kienu fuq żjara ta’ tlett ijiem f’ pajjiżna fl-okkażjoni tat-tifkira mill-ewwel sena mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, għamlu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom lill-Gvern.

Fi tmiem iż-żjara l-grupp ippreżenta r-rakkomnadazzjonijiet tiegħu lill-Gvern fejn fost l-oħrajn qed jitlob li l-Gvern jordna nvestigazzjoni sħiħa u inkjesta indipendenti dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia.  Dan ukoll sabiex jiġi stabbilit jekk il-qtil tal-ġurnalista setax ġie evitat.

Il-grupp jirrakkomanda wkoll li uffiċjali pibbliċi u tal-Gvern ikollhom livell għoli ta’ skrutinju.  Dan fid-dawl tad-diversi kummenti dispreġġjattivi dwar Daphne Caruana Galizia minn membri tal-Gvern u miċ-Chairman ta-Valletta 18, Jason Micallef.

Sarah Clarke ta’ PEN International qalet lil Net News li l-Prim Ministru ma kellu l-ebda kundanna għall-kliem ta’ Jason Micallef u uffiċjali oħra u li dan jgħaddi messaġġ lis-soċjeta’ li kliem vjolenti fil-konfront tal-ġurnalisti  huwa aċċettabbli.  Kliem vjolenti li hi qalet iwassal għal azzjonijiet vjolenti bħal ma ġara f’dan il-każ.