Internazzjonali

Massakru fi skola fil-Krimeja

Tal-anqas 17-il persuna, fil-maġġoranza studenti, nqatlu u madwar 50 oħra ndarbu wara attakk f’kulleġġ tekniku f’Kerch, il-Krimea, illum parti mir-Russja.

Għall-ewwel kien hemm suspetti li dan kien attakk terroristiku, imma wara rriżulta li dan kien xogħol student ta’ 18-il sena li mbagħad qatel lilu nnifsu.

Dan kien identifikat bħala Vladislav Roslyakov u n-nies li kienu jafuħ qalu li hu kellu mibegħda kbira lejn il-kulleġġ li fih jattendu 850 student.

Ir-Russja kienet ħatfet il-Krimea mill-Ukrajna fl-2014. Kerch tinsab fil-post fejn ir-Russja bniet pont biex tgħaqqad il-peniżola tal-Krimea mar-Russja.