Lokali Parlament

Dikjarat ksur ta’ privileġġ fil-konfront tal-Ministru Chris Cardona…Jason Azzopardi se jikkontesta d-deċiżjoni

L-Ispeaker tal-parlament Anġlu Farrugia ddikjara f’ruling li tweet tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi jammonta għal ksur ta’ privieġġ fil-konfront tal-Ministru Chris Cardona bid-deputat Nazzjonalista jiddikjara li jinsab ixxukkjat b’din id-deċiżjoni u li se jikkontestaha fil-parlament fil-Qorti Ċivili.

Il-Ministru Chris Cardona kien qajjem ksur ta’ privileġġ dwar tweet tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li kien qal li l-poplu jista’ jara kif iġib ruħu korrott u jiekol il-krixja mal-qattiela.

Is-Sedja qalet li t-tweet hu infamanti fil-konfont tal-Ministru Laburista u sosniet li Jason Azopardi kien qed jirriferi għal membru partikoalri li fid-dibattitu kien qed iqajjem numru ta’ point of orders meta kien qed jitkellem Simon Busuttil.

F’dik is-seduta mqanqla l-Ministru Chris Carodna kien qed iqajjem numru ta’ point of orders u anki kienet saret riferenza għalih mid-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil. Is-Sedja kkonkludiet li t-tweet ta’ Jason Azzopardi kien qed jirriferi għal Chris Cardona u għalhekk li l-kliem imur konrta l-Ordnijiet tal-Kamra u l-każ jammonta għal ksur ta’ privileġġ firma facie. IsSedja hi lesta tirrivedi l-pożizzjoni tagħha jekk Jsson Azzparid jitlob skuża.