Lokali Parlament

Il-Gvern ma jaċċettax diskussjoni biex ittejjeb ir-reputazzjoni ta’ Malta

– Robert Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li gvern m’aċċetatx mozzjoni tal-Oppożizzjoni biex issir diskussjoni urġenti dwar ir-reputazzjoni ta’ Malta biex din ir-reputazzjoni tibda tkun irranġata. Bi ftehim din id-diskussjoni setgħet issir iżda l-Gvern naqas li jagħmel dak li ken mistenni minnu.

Fil-parlament Robert Cutajar qal li gvern Nazzjonalista ħoloq u kabbar is-settur finanzjarju u jinsab impenjat li jkompli jissaħħaħ biex l-10,000 persuna li jaħdmu f’dan is-settur jibqa’ jkollhom garanzija ta’ għajxien. Mhux kull ma jleqq hu deheb, sostna Robert Cutajar, li kompla li l-Gvern qed itappan ir-reputazzjoni ta Malta.

Minn April 2012 dan is-settur kien kritikat minn esponenti li m’humiex relatati mal-Oppożizzjoni fosthom dwar l-FIAU, twissijiet minn Brussell, ultimatum, kritika u dikjarazzjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Gvern naqas milli jagħmel dak mistenni minnu, sostna Robert Cutajar, li kompla li l-korruzzjoni u l-ħasil ta’ flus ma jistgħux jitwarrbu għaliex anki l-Ministru tal-Finanzi ddikjara li kull fejn imur isib min ikellmu fuq il-korruzzjoni f’Malta.