Lokali Parlament

IL-Mozzjoni tal-PN għal inkjesta indipendenti mhux se tiġi diskussa: “Mhux urġenti” skont il-Gvern

Il-mozzjoni li tressqet b’urġenza mill-Oppożizzjoni mhux se tiġi diskussa l-Ħamis.  Dan kien deċiż l-Erbgħa waqt laqgħa tal-Kumitat Permanenti għax-Xogħol tal-Kamra.

Dan wara li l-Membri tal-Gvern fuq dan il-Kumitat qalu li l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni m’hix urġenti.

Fil-mozzjoni, li tressqet b’urġenza it-Tnejn li għadda, il-Kap tal-PN talab lill-Prim Ministru jordna inkjesta ndipendenti dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan sabiex jiġi stabbilit fost l-oħrajn jekk dan id-delitt setax jiġi evitat.

Il-mozzjoni kienet titlob ukoll li jitwaqqaf bord li jkun magħmul minn perusni ta’ integrita’ maħtura mill-Prim Ministru iżda b’vot favur ta’ mhux inqas minn żewġ terzi tal-Kamra. Dan il-bord tal-inkjesta’ jingħatalu l-mezzi u r-riżorsi kollha meħtieġa sabiex ikun jista jagħmel xogħolu sewwa.

Il-mozzjoni, li tressqet bi qbil unanimu mill-membri kollha tal-Oppożizzjoni, titlob ukoll għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija u tal-Avukat Ġenerali.