Lokali Parlament

Il-poplu jistħoqqlu aħjar

– Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal fil-parlamnet li l-poplu jistħoqqlu li jkun trattat aħajr mill-Gvern quddiem is-sitwazzjoni politika preżenti.

Fl-Aġġornament Edwin Vassalo tkellem dwar l-anniversarju tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u qal li ma jistax jifhem kif fil-pajjiż ikun hawn min jiddeċiedi min għandu jgħix u min għandu jiġi maqtul. Hu qal li ma jifhmix kif fil-pajjiż hawn min jifraħ bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Għadni nemmen li l-pajjiż għad għandu demokrazija ħajja u li l-ġustizzja hi ta’ veru fejn il-ġurnalisti għandhom valur u dritt biex jesprimu l-opinjoni ħielsa tagħhom.

Edwin Vassallo ppropona lill-gvern biex ma jibqax jagħmel minn kollox biex joqtol il-memorja tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. L-attitudni tal-gvern tfisser li qed ixejjen u jġib fix-xejn il-memorja ta’ dan il-qtil. Dan bl-iskop li fil-memorja tal-poplu dan id-delitt jintnesa. Jeħtieġ li tittieħed azzjoni konkreta biex dan li seħħ ikun vendikat b’mod pożittiv.

Edwin Vassallo qal li l-Monument tal-Assedju hu l-aktar monument adattat biex jifakkar qtil politku għaliex dan ifakkar assedju li fih ħafna Maltin tilfu ħajjithom għax iddefendew dak li jemmnu fih.

Il-gvern għandu obbligu li jara li l-ġustizzja ssir u li tidher li qed issir. Il-poplu bir-raġun jgħid li jistħoqqlu aħjar. Il-poplu qed jaħseb li min ħallas għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia mhux se jinqabad, sostna Edwin Vassallo, li qal li t-tradiuri huma dawk li qed iħammġu lill-pajjiż.