Lokali Parlament

Jeħtieġ li l-gvern jagħmel minn kollox u jikkopera biex ma jkomplix jagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malta

– David Stellini, PN

Id-deputat Nazzjonalista sostna fil-parlament li jeħtieġ li l-gvern jagħmel minn kollox u jikkopera biex ma jkomplix jagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malta.

David Stellini qal li fl-UE hemm pressjoni mill-istruttri fuq il-ħasil ta’ flus u l-ġlieda kontra t-terroriżmu. Hu semma’ l-għaqdiet terrostiċi uq al li fi Brussell it-terroriżmu hu problema diskussa mill-famiji. Għalhekk hemm liġijiet stretti kontra l-ħasil ta’ flus.

Ir-reputazzjoni ta’ Malta ħadet daqqa, sostna David Stellini li appella lill-Gvern biex issa li ġejjin l-uffiċjali tal-Moneyval il-Ministru tal-Finanzi jagħti struzzjonijiet biex l-uffiċjali Maltin jikkoeperaw bis-sħiħ magħhom.

Hekk biss Malta tista’ ttejjeb ir-reputazzjoni tagġha. Hu semma’ kif il-Prim Ministru żamm lilll-Ministru Konrad Mizzi u lil Keith Schembri minkejja r-rapporti kollha dwarhom. Minkejja dan, Malta xorta tista’ tagħmel ħafna. Importanti li Malta tikkoeera mal-Moneyval b’attitudni pożittiva.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-imprtoanza li jissaħħu l-istituzzjonijiet fejn ir-regolatur għandu jissaħħaħ bis-sħiħ. Għandhom jissaħħu wkoll l-istituzzjonijiet u li jkun hemm attitudni tajba u rieda b’saħħitha li isema Malta jkun protett.

Hu qal li d-direttri tal-MFSA għanhdom jiddikjaraw l-interessi finanzjarji tagħhom partikolrment quddiem is-sitwazzjoni meta l-MFSA twaqqaf l-operat ta’ kumpanija minħabba investigazzjoni.