– Claudio Grech, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech saħaq fuq l-importanza li l-pajjiż ikollu liġijiet b’saħħithom kontra l-ħasil ta’ flus.
Fil-parlament Claudio Grech qal li fid-djar tan-nies mhux kulħadd jifhem l-impatt. Il-ħasil ta’ flus ifisser suċċess għall-kriminalità għaliex ikun hemm iktar reat kriminali serji, serq, frodi tarffikar ta’ armi, drogi u persuni. Dan jista’ jwassal biex negozji żgħar ifallu minħabba kompetizzjoni nġusta.
Claudio Grech qal li jeħtieġ trattament differenti għal dan is-settur u mhux is-sinjali kollha jkunu injorati. Hawn sinjali inkwetanti għas-settur. Kollettivament għandhom jittieħdu l-azzjonijiet kollha biex dan is-settur jitnaddaf u jissaħħaħ. Il-politiċi għandhom obbligu kbir li jinstab l-għan komuni fuq is-settur.
Hu sostna li hu favur l- ekonomija u l-investiment ikomplu jikbru iżda u kkundanna lil min jagħmel il-qligħ tiegħu mill-miżerja ta’ ħaddieħor. Mhux minnu li l-ħasil ta’ flus jitfaċċa taħt gvern jew ieħor għaliex dan m’għandux kulur politiku għaliex hu mmexxi biss mill-qligħ. Jeħtieġ li jkun hawn għodod leġiżlattivi iktar qawwija biex min igawdi mill-ħasil ta’ flus ma jkunx jista’ jgwadi l-qligħ tiegħu. Il-pajjiż għandu bżonn dawn l-istrutturi. Din il-liġi se tgħin iżda mhix biżżejjed, sostna Caludio Grech.
//= $special ?>