Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel, wissiet li l-Ewropa trid tlesti għall-Brexit mingħajr ftehim minn qabel. Dan hekk kif l-Erbgħa fetaħsummit fi Brussell tal-Unjoni Ewropea biex jippruvaw imexxu ’l quddiem in-negozjati.
F’dan is-summit, il-Prim Ministru Ingliż Theresa May kellha tippreżenta proposti ta’ kif in-negozjati staġnati jistgħu jimxu ’l quddiem.
Ir-Renju Unit se jispiċċa minn membru tal-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Marzu. In-negozjati dwar il-Brexit huma staġnati dwar il-kwistjoni tal-fruntiera bejn l-Irlanda, li hi membru tal-Unjoni Ewropea, u l-Irlanda ta’ Fuq li hi parti mir-Renju Unit.
Qabel is-summit, Merkel qalet li filwaqt li kien għad hemm ċans ta’ ftehim, il-Gvern Ġermaniż kien diġà beda jlesti għall-possibbiltà li ma jkunx hemm ftehim.
Michel Barnier, in-negozjatur tal-Unjoni Ewropea għall-Brexit, qal li hu lest iżid sena għall-perjodu ta’ 21 sena ta’ transizzjoni ta’ wara l-Brexit. Xi ħaġa li uffiċjali minn diversi pajjiżi tal-UE jidher li huma wkoll favur. L-iskop hu li jkun hemm aktar żmien għal ftehim dwar x’se tkun ir-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju unit la darba jseħħ il-Brexit.
//= $special ?>