Membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu kmieni dalgħodu f’Ħal Qormi hekk kif żewġ karozzi ħadu n-nar. Il-każ seħħ fi Triq il-Vitorja.
Kawża tan-nirien inħaraq ukoll il-bieb tal-uffiċċju tal-posta.
Iż-żewġ vetturi li nħarqu huma tal-għamla Toyota.
Mhux magħruf eżatt jekk kienx każ aċċidentali jew le. Fil-fatt, fl-istess lejl jidher li inħarqet karozza oħra, din id-darba fi Triq il-Qalb Imqaddsa f’Santa Venera – bi-sid allegatament għandu rabtiet mal-każ ta’ Ħal Qormi.
Il-Pulizija qed tinvestiga dawn il-każi.
F’Santa Venera, kawża ta’ nirien li ħakmu l-ewwel karozza, inħarqet ukoll vettura oħra.
