Inkjesta ġiet appuntata wara li fil-Palazz tal-President, matul il-lejl, ċeda ħajt.
Il-każ seħħ fid-daħla li twassal lejn l-entratura prinċipali tal-Palazz – f’binja li hemm mal-ġenb tal-bitħa, li tintuża wkoll bħala parkeġġ.
Net News hu nfurmat li dan il-post kien restawrat riċentament.
Minħabba l-inkjesta Maġisterjali, il-ġonna ta’ San Anton ġew imsakkra.
Kmieni dalgħodu, kelliem għall-President ma kellux informazzjoni dwar dan kollu u rreferiena għand il-Perit li jmexxi d-Direttorat tar-Restawr.
L-Uffiċċju tal-President iwieġeb wara li ħarġu l-fatti fil-media
Ħadd ma weġġa’ meta ġġarraf ħajt fil-bitħa prinċipali tal-Palazz ta’ Sant’Anton matul il-lejl li għadda.
Il-ġonna pubbliċi ta’ Sant’Anton jinsabu magħluqin bħala prekawzjoni u għaddejja inkjesta sabiex tiġi stabbilita l-kawża tal-inċident.
Id-Direttorat tar-Restawr qed jieħu ħsieb mil-lat tekniku.
//= $special ?>