Lokali

L-Assoċjazzjioni ta’ Min Iħaddem imħassba dwar is-sitwazzjoni tal-kiri

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem l-MEA llum uriet it-tħassib tagħha dwar is-sitwazzjoni tal-kiri f’pajjiżna u l-effetti tagħha.  Dan wara li ftit tal-jiem ilu l-gvern ippreżenta White Paper dwar ir-regolamentar tal-kiri f’Malta.

Net News tkellem mad-direttur ġenrali tal-MEA Joseph Farrugia li qalilna li wara l-MEA mistennija tagħti r-reazzjonijiet tagħhom lill-Gvern fil-jiem li gejjin.  Madankollu hu qal li l-MEA tinsab imħassba dwar il-problemi ta’ ħafna mpjgati li jinsabu jgħixu f’residenzi bil-kiri u li ntalbu jħallsu kirjiet drastikament għola fl-aħħar xhur.

Hu kompla jgħid li min iħaddem qiegħed ta’ kuljum jirċievi tabliet għal żidiet fil-pagi biex jagħmlu tajjeb għall-prezzijiet għoljin tal-kirjiet.  Farrugia kompla jgħid li għalkemm min iħaddem jifhem id-diffikultajiet ta’ min jinsab f’din is-sitwazzjoni, wieħed għandu wkoll jifhem li ż-żidiet fil-pagi għandhom iseħħu meta jkun hemm żieda fil-produzzjoni.

Joseph Farrugia qal lil Net News li mhumiex biss il-ħaddiema Maltin li qed ikollhom diffikulta’ ilaħħqu mal-prezzijiet tal-kiri, iżda anke numru ta’ ħaddiema barranin li qed jiġu Malta fuq xogħol qed ikollhom jerġgħu imorru lura f’pajjiżhom jew f’pajjiżi oħra Ewropej fejn il-bilanċ bejn  il-prezz għall-akkomodazzjoni u l-pagi huwa aħjar.