Lokali Unjoni Ewropea

MAGĦQUDIN GĦALL-ĠUSTIZZJA: Il-mexxejja tal-PPE b’tislima lil Caruana Galizia fuq proposta ta’ Adrian Delia

Il-waqt li fih saret minuta silenzju
Minuta silenzju fil-bidu tas-summit Ewropew fi Brussell

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia llum ipparteċipa f’summit tal-Partit Popolari Ewropew fi Brussell.

Mal-wasla tal-mexxejja politiċi, is-summit infetaħ mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, li fl-intervent tiegħu fakkar kif wara sena mill-qtil brutali tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, pajjiżna għadu qed jistenna li ssir ġustizzja.

Hu appella lill-mexxejja preżenti biex jingħaqdu miegħu f’minuta silenzju ħalli tkun imfakkra l-memorja ta’ Daphne Caruana.

Dawk preżenti qablu mal-Kap tal-PN u anke huma ingħaqdu f’din it-tislima.

Ikkummenta