Lokali Parlament

Rabta bejn il-ħasil tal-flus, il-prostituzzjoni u t-traffikar tan-nies

– Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li hemm rabta bejn it-traffikar tal-persuni, il-prostituzzjoni u l-ħasil tal-flus.

Fil-parlament hi kompliet li l-obbligu tal-istituzzjonijiet finanzjarji fosthom l-MFSA hu li jassigurwa b’ċertezza li fil-pajjiż jingħalqu l-possibbiltajiet kollha għall-ħasil tal-flus.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li fil-Mafja jkun hemm ħafna nies ġenerużi mal-fqar u ma’ organizzazzjonijiet tal-Knisja. Il-ħasil tal-fus hu tkabbir ekonomiku minn fuq il-ġid komuni.

Il-gvern, soċjetà ċivili u l-privat biex l-istituzzjonijiet finanzjarji jidentifikaw skemi ta’ traffikar tal-persuni. Fil-pajjiż qed jidħlu persuni li jgħaddi minn sidien għall-ieħor biex ikun hemm varjetà kif qed isir fil-Gentlemen’s club. Għandhom ikunu kkunsidrati wkoll l-aspetti morali, fejn is-soċjetà għandha ssaqsi x’wirt se jitħalla lill-poplu Malti.