Meta ninsabu biss 14 il-jum bogħod mit-tħaddim tal-iskema tal-ġbir ta’ skart organiku, il-lokalitajiet kollha f’Malta (għajr dawk l-għaxra li ppartecipaw fil-Pilot Project) għadhom bla ħjiel dwar il-ħinijiet tal-ġbir tal-borża l-bajda fiz-zoni tagħhom.
Dan ikkonfermah ma’ Net News il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera f’kummenti li tana dalgħodu.
Il-ġranet tal-ġbir fil-lokalitajiet kollha se jkunu t-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa, iżda l-ħinijiet jidher li se jvarjaw minn zona għall-ohra. Il-Ministru qal li se jkun hemm perjodu ta’ sa erba’ sigħat qabel il-ħin tal-ġbir meta dan se jkun jista jinħareġ barra.
Mistoqsi mill-ġurnalitsta ta’ Net News xi provvedimenti ttieħdu sabiex min, minħabba raġunijiet ta’ xogħol jew raġunijiet oħra ma jkunx jista joħroġ il-borża l-bajda fil-ħin stipulat, ikun jista jiddisponi mill-borża l-bajda hu personalment, hu staqsa lill-istess ġurnalista għal suġerimenti f’dan ir-rigward. Iktar il-quddiem hu kompla billi tefagħha fuq il-kunsilli lokali sabiex jaħsbu għal dan it-tip ta’ arranġament.
L-iskema mistennija tibda titħaddem minn nhar l-Erbgħa 31 t’Ottubru, u min jinqabad ma jżommx mar-regolamenti dwar il-ġbir tal-iskart jingħata għall-bidu se jkun qed jingħata twissija. ‘Il quddiem se jkun hemm pieni għal min ma jħarisx dawn ir-regolamenti.
//= $special ?>