Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, kellu żjara ta’ kortesija mill-Ambaxxatur il-ġdid Awstrijak għal Malta, Andreas Stadler.
Minn naħa tieghu, Adrian Delia ddiskuta l-oqsma komuni li jinteressaw lil Malta u l-Awstrija, partikolarment il-politika Ewropea taż-żewġ pajjiżi, in-newtralità tagħhom, u kif jista’ jiżdied il-kummerċ bejniethom fl-ambitu Ewropew.
L-Ambaxxatur Stadler irrefera għall-programm tal-Presidenza Awistrijaka attwali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropa. Din qed tiffoka fuq is-sigurtà u l-immigrazzjoni illegali, l-assigurazzjoni tal-prosperità u l-kompetitività permezz tad-diġitalizzazzjoni, u l-istabbiltà Ewropea.
Matul il-laqgħa, il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, kien akkumpanjat mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Ewropej, David Stellini, u s-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista, Roselyn Borg-Knight.
//= $special ?>