Il-prattiċi abbużivi tal-iSLAPP m’għandhomx ikunu aċettabbli fl-Unjoni Ewropea, u għandha tittieħed azzjoni urġenti. Aħna – bħala l-PPE – għandna nimpenjaw il-kandidati tagħna għal Spitzenkandidaten biex jintroduċu leġiżlazzjoni tal-UE li tipproteġi l-ġurnalisti.
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa għamel dan l-appell waqt dibattitu dwar ġurnaliżmu indipendenti organizzat mill-Grupp tal-PPE fil-Parlament Ewropew fi Brussell. Fl-intervent tiegħu, huwa rrefera għall-kandidati tal-PPE għal Spitzenkandidaten. “Manfred Weber, Alexander Stubb, naf li t-tnejn għandkom dan it-tħassib. Naf li tifhmu din l-importanza. Ejja nkunu l-pijunieri għall-protezzjoni tal-ġurnalisti madwar l-Ewropa. Ejjew nimpenjaw ruħna li ndaħħlu din il-leġiżlazzjoni”.
L-MEP Casa jifforma parti minn grupp ta’ MEPs li talbu lill-Kummissjoni biex tintroduċi leġislazzjoni li tmur kontra l-kawżi abbużivi f’ġurisdizzjonijiet oħra maħsuba biex jwaqqfu lill-ġurnalisti minn xogħlhom.
David Casa qal li l-abilità tal-ġurnalisti li jżommu l-poter responsabbli u li jagħmlu dan ħielsa mill-intimidazzjoni u l-fastidju, huwa prerekwiżit għal demokrazija li tiffunzjona kif suppost. U meta ġurnalist iħallas il-prezz aħħari għall-valuri Ewropej tagħna, dak il-ġurnalist għandu jiġi mfakkar u onorat. Imma iktar importanti, qal l-MEP Casa, ix-xogħol tagħhom għandu jibqa’ għaddej. “Il-qtil ta ‘ġurnalist qatt ma għandu jara l-istejjer li l-ġurnalist kien qed jaħdem, imutu wkoll. Irrispettivament mir-raġuni għala dak il-ġurnalist inqatel.”
L-MEP Casa faħħar ix-xogħol ta’ Forbidden Stories, u b’mod partikolari l-Proġett Daphne. Jumejn wara li onora lil Daphne Caruana Galizia f’konferenza organizzata f’Malta, David Casa qal li jekk l-għan tal-assassini kien li jwaqqafha, dawn naqsu mill-għan tagħhom.
“Fil-mument tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizias, hija ma kinitx taf li l-Bank Pilatus kien beda proċeduri legali f’Arizona fl-Istati Uniti għal bosta miljuni ta’ ewro fi sforz biex iwaqqafha. Kemm kellha raġun dwar il-Bank Pilatus, issa espost bħala organizzazzjoni kriminali li s-sid tagħha qed jiffaċċja 125 sena priġunerija fl-Istati Uniti għal sensiela ta’ reati, inkluż il-ħasil tal-flus”, qal David Casa.
//= $special ?>