Lokali Parlament

€4000 fix-xahar għal Adrian Hillman f’konsulenzi

L-ex direttur Maniġerjali tal-Allied Newspapers Adrian Hillman qed jaqla’ €4,000 fix-xahar minn konsulenza tal-Gvern mill-Awtorità Maltija tal-Logħob.

Dan kien konfermat mill-Prim Ministur Jospeh Muscat meta kien qed iwieġeb mistqosija parlamentari atd-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. Il-Prim Ministru qal li idn il-konsulenza qed tingħata għal xogħol ta’ relazzjonijiet pubbliċi u l-istrateġija marbuta am’ dan is-settur fl-Awtorità.

Adrian Hillman kien irriżenja minn Allied Newsparaers wara ir-rapporti li rabtuh ma’ Panama Papers. Daphne Caruana Galizia kienet żvelat numru ta’ transazzjonijiet għal amdwar €650,000 bejn Hillman u Keith Schembri. Bħalissa Hillman u Schembri huma suġġett għal investigazzjoni kriminali.

Mill-istess tweġiba parlamentari rriżulta li d-deputat Laburista Edwrad Zammit Lewis qed jirċievi €17,200 f’konsulenza legali minn Identity Malta waqt li l-ex membru tal-GWU Cory Greenland qed jirċievi €300 fix-xahar mill-Awtorità tal-Logħob għall-konsulenza. L-analista Vincent Marmara qed jirċievi €51,000 għal servizzi relatati mal-informazzjoni.

Tags