Il-bieraħ filgħaxija saret attivita’ għall-parteċipanti fil-programm Future Leaders li se jibda formalment fid-9 ta’ Novembru li ġej. Dawk li attendew ġew indirizzati mis-Segretarju Ġenerali Clyde Puli li esprima s-sodisfazzjon tiegħu li dan il-programm se jkun qed iseħħ u li permezz tiegħu numru ta’ żgħażagħ li jixtiequ jagħtu sehemhom fil-politika b’mod professjonali se jingħataw taħriġ u bażi soda biex jagħmlu dan.
Il-koordinatur tal-programm Charlo Bonnici ta aktar dettalji dwar il-fażijiet kollha ta’ dan il-programm li se jsir bejn Novembru u April li ġej.
Il-programm se jiftaħ b’seminar ta’ tlitt ijem bejn id-9 u l-11 ta’ Novembru fiċ-entru tal-AŻAD fil-Belt.
Għal dan is-seminar se tattendi wkoll rappreżentanta tal-Fondazzjoni Konrad-Adenauer-Stiftung li se tkun qed tagħti l-appoġġ tagħha lill-AZAD biex iseħħ dan il-programm. Il-programm imbagħad ikompli b’numru ta’ workshops li jsiru fix-xhur li ġejjin. Kull parteċipant se jkollu wkoll l-opportunita’ li jingħata taħriġ prattiku permezz ta’ shadowing ta’ politiċi u uffiċjali tal-PN kemm f’livell ta’ Kunsilli Lokali, Parlament Malti, Parlament Ewropew kif ukoll f’livell ta’ partit.
L-attivita’ tal-bieraħ intemmet b’riċeviment fejn il-parteċipanti kellhom iċ-ċans isiru jafu aktar lil xulxin.
F’dan il-programm se jkunu qed jippartċipaw fih 60 żagħżugħ u żagħżugħa fl-etajiet ta’ bejn l-14 u l-24 sena inċidentalment maqsumin ugwalment bejn tfaljiet u ġuvintur.
//= $special ?>