Tkompli l-botta u risposta bejn l-Air Malta u l-union li tirrapreżenta lill-bdoti, l-ALPA. Dan hekk kif issa, il-kumpanija qed takkuża lill-ALPA illi d-dewmien fit-titjiriet li kellna fl-aħħar xhur kien tort tagħhom.
L-Air Malta sostniet fi stqarrija li l-bdoti urew “nuqqas ta’ flessibbilta'”. Dan intqal wara li 24 siegħa qabel l-ALPA kienet qalet li jeżisti nuqqas ta’ bdoti, jekk l-Air Malta trid takkomoda r-rottot kollha li ħolom bihom il-Ministru Konrad Mizzi.
Interessanti l-fatt li fl-istqarrija tagħha l-Air Malta ma tagħmel l-ebda referenza għall-każ tal-bdot illi ġie sospiż (skont il-union) bla raġuni.
Fil-fatt, fil-jum ta’ qabel l-ALPA kienet qalet li l-managment tal-Air Malta kien wettaq abbuż fuq wieħed mill-piloti. U li huma mhux se jittolleraw dan l-abbuż – każ illi dwaru hemm ukoll kwistjoni pendenti l-Qorti bejn l-istess ALPA u l-Air Malta. Din il-ġimgħa l-Qorti laqgħet mandat ta’ inibizzjoni li ressqet l-Air Malta kontra l-bdoti.
L-ALPA talbet illi jitkeċċa min ħa d-deċiżjoni li jissospendi lil dan il-pilota bla ebda raġuni. Għal dan, l-Air Malta ma weġbitx.
//= $special ?>