Ekonomija Ewropa Lokali Unjoni Ewropea

L-għoli tal-ħajja f’Malta hu akbar mill-medja Ewropea

Konferma mill-Uffiċċju Ewropew tal-Istatistika

Ċifri maħruġa din il-ġimgħa mill-Eurostat juru li l-Maltin għandhom piż tal-għoli tal-ħajja li hu akbar mill-medja fil-bqija tal-Unjoni Ewropea.

L-istatistika turi biċ-ċar li l-inflazzjoni f’Malta hi ferm ogħla minn dik f’pajjiżi bħal Franza, il-Ġermanja, l-Awstrija u l-Olanda. Fi kliem sempliċi, dan ifisser li l-perzzijiet f’Malta huma aktar għaljin mill-prezzijiet f’dawn il-pajjiżi l-kbar – u aktar għaljin mill-medja tal-Unjoni Ewropea.

Anke meta mqabbel maz-Zona Ewro, l-għoli tal-ħajja f’Malta hu akbar.

U dwar il-pizijiet li qed igorru l-familji Maltin…aktar kmieni din il-ġimgħa il-Ministru Edward Scicluna stqarr illi jekk ikollok telephone jew mowbajl m’għandekx problemi ta’ faqar.

Il-Ministru baqa’ ma kkommetiex ruhu jekk fil-Budget ta’ nhar it-Tnejn hux se naraw taxxi ġodda jew le.