Il-Partit Nazzjonalista kellu raġun ipoġġi lil Mario Salerno fost madwar 200 persuna f’album tal-istickers ‘Malta Tagħna Lkoll’ li juru persuni qrib il-Gvern Laburista li gawdew minn numru ta’ perkaċċi u pagamenti lussużi wara l-elezzjoni.
Dan ħareġ f’deċiżjoni mogħtija mill-Qorti hekk kif inqata’ każ ta’ libell li Mario Salerno fetaħ fil-konfront ta’ Beppe Fenech Adami, li lura fl-2014 kien mexxa’ konferenza tal-aħbarijiet fejn ippreżenta dan l-album, kif ukoll il-Partit Nazzjonalista.
Fl-album, li fil-faċċata tiegħu kien juri lill-Prim Ministru Joseph Muscat, jingħad li Mario Salerno kien inħatar bħala Chairman ta’ Awtorità dwar il-Biedja Organika f’Malta wara li l-Partit Laburista ħa l-poter. Mario Salerno jitniżżel ukoll bħala eks Sindku ta’ Ħal Kirkop u San Pawl il-Baħar.
Ironikament, ftit jiem qabel ingħatat is-sentenza, fuq il-midja soċjali Mario Salerno kien iddikjara li jinsab ċert li se jnaddaf ismu u li jinsab ċert li “is-sewwa jirbaħ fl-aħħar, żgur.”
//= $special ?>