Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema qed jilmenta bil-qawwa dwar proġett li tnieda mill-Gvern u li se jidħol fis-seħħ fil-jiem li ġejjin bl-isem ‘Car2Go’ – proġett li mistenni jnaqqar minn Tas-Sliema aktar minn 20 parkeġġ.
Fi stqarrija, il-Kunsill Lokali qal li hu jaqbel mal-kunċett ta’ car sharing. Iżda ma jistax ikun li skema ta’ dan it-tip tiddaħħal bla ebda konsultazzjoni – xi ħaġa li saret komuni ferm għall-Gvern ta’ Joseph Muscat.
Tas-Sliema diġa’ qed tbati minn nuqqas ta’ parkeġġi minħabba l-volumi kbar ta’ karozzi, iżda mhux biss. Fatturi oħra li affetwaw is-sitwazzjoni huma l-permessi għall-imwejjed u anke r-ras iebsa tal-awtoritajiet li ma jridux li titħaddem l-Iskema ta’ Parkeġġ għar-Residenti.
Min-naħa tagħha l-kumpanija li se topera dan is-servizz, il-Car Sharing Services Malta, fi stqarrija ddikjarat li saret taf b’dawn l-ilmenti llum, minkejja li saru diversi laqgħat ta’ konsultazzjoni, inkluż laqgħa mal-Kunsill Lokali.
//= $special ?>