Linja tal-ajru low cost bażata f’Ċipru, il-Cobalt Air, issospendiet indefinittivament it-tijiriet kollha tagħha. Dan hekk kif ma rnexxiliex issib investituri ġodda.
Il-linja tal-ajru bażata f’Larnaca kienet ittir lejn 22 destinazzjoni fl-Ewropa u l-Lvant Nofsani b’sitt ajruplani tat-tip Airbus.
Il-Cobalt kienet bdiet topera fl-2016 wara li sfaxxat il-linja nazzjonali Ċiprijotta, Cyprus Airways u fl-2017 kienet rikonoxxuta bħala l-aħjar startup airline minn analisti tal- CAPA-Centre for Aviation.
Tieqaf topera l-Cobalt Air
